David Silva jirringrazzja lil Man City

Fi tmiem din il-ġimgħa l-midfielder internazzjonali Spanjol, David Silva, lagħab l-aħħar partita fil-kampjonat Ingliż bil-flokk ta’ Manchester City fil-logħba li kellhom kontra Norwich City u li rebħu bl-iskor kbir ta’ 5-0.

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ 34 sena rringrazzja lil dawk kollha li bagħtulu messaġġi ta’ gratitudni u fuq kollox ta’ kuraġġ wara żmien li hu ddeskrivih bħala fantastiku fil-belt ta’ Manchester. 

Silva qal li dawn kienu l-isbaħ għaxar snin fil-karriera tiegħu fejn hu ra lit-team jirbaħ il-kampjonat u jistabilixxi ruħu fost l-aqwa timijiet Ewropej.

Ix-xewqa ta’ Silva hi dik li issa jirbħu l-UEFA Champions League u se jagħmlu minn kollox sabiex dan kollu jsir.

Silva lagħab 309 partiti għas-Citizens u skorja 60 goal.

Share With: