Davide Zappacosta lura ma’ Chelsea

Roma huma mistennija li jibagħtu lura lil Davide Zappacosta ma’ Chelsea wara perjodu ta’ self fejn iddiżappunta bil-kbir.

Il-player ta’ 28 sena, li jilgħab fin-naħa leminija tad-difiża, lagħab biss seba’ logħbiet fil-kampjonat Taljan u kkontribwixxa biss għal assist wieħed.

Il-logħob brillanti li kien qed jilgħab Bruno Peres ġiegħel lil Zappacosta jispiċċa fuq il-bank tas-sostituti bil-coach Paulo Fonseca ftit kien qed jinkludih mal-ewwel ħdax.

Għall-bidu l-perjodu ta’ self ta’ Zappacosta kellu jdum biss ftit xhur sa Jannar iżda dan kollu ġie mġedded sal-aħħar ta’ dan l-istġaun.

Finalment Zappacosta kien żvinturat li ċarrat il-ligament tal-cruciate f’Ottubru li għadda u kellu jibqa’ barra għal numru ta’ ġimgħat.

Share With: