Delia lest li jmur għal vot ta’ fiduċja ieħor mingħand it-tesserati

Xi trid issaqsi lil Adrian Delia?

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, July 17, 2020

Meta intervistat minn Fr Joe Borg il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-partit ilu jnaqqas il-voti wara snin jiggverna tajjeb.

Delia qal li ġie perjodu li fih in-nies riedet lil xi ħadd li ġej minn barra l-Partit u għażlu lilu. Kien hemm numru ta’ nies li ma kinux kuntenti b’din il-ħaġa. Delia qal kull darba li qed jagħmlu xogħolhom u jippruvaw ikunu aħjar biex jimxu ’l quddiem, ikun hemm xi ħadd li jagħti daqqa.

Tkellem dwar il-vot tat-tesserati, Adrian Delia qal li minn tliet snin ilu għal sena ilu dan mhux talli ma naqasx, iżda żied għal 67%. Delia qal hu lest imur għal vot ieħor mingħand it-tesserati u fiduċjuż li jekk jerbħu xorta mhu se jkun qed jissolva xejn għax xorta se jibqgħu dawk li ma jaqblux.

Share With: