Diversi ismijiet jissemmew ma’ Manchester City

Wara li Manchester City ingħataw iċ-ċans li jieħdu sehem f’edizzjoni oħra tal-UEFA Champions League, id-diriġenti tal-club qed iħarsu madwarhom fit-tentattiv li jsaħħu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej.

L-għan ta’ Pep Guardiola hu dak li jnaqqas id-distakk fil-livell bejn iċ-champions il-ġodda Liverpool u t-team tiegħu billi jakkwista players oħra ta’ kwalitá.

F’dawn is-sigħat qed jissemmew diversi ismijiet fosthom David Alaba ta’ Bayern Munich u Kalidou Koulibaly ta’ Napoli. Fl-attakk qed tingħoġob l-idea li jiksbu s-servizzi tal-iskorer prolifiku ta’ Inter Lautaro Martinez kif ukoll dak ta’ Valencia Ferran Torres.

Finalment l-ogħla awtoritajiet tal-club minn Manchester qed jevalwaw il-kuntratti tal-plejers tagħhom Kevin de Bruyne, Raheem Sterling u Gabriel Jesus.

Share With: