Djanjożi ta’ pesta bubonika fiċ-Ċina

Belt fil-Mongolja qiegħda timplimenta miżuri ta’ kontroll wara li kien hemm każ ikkonfermat ta’ pesta bubonika, li kkawżat il-Pesta fil-Medju Evu. 

Ragħaj fil-Mongolja ġie kkonfermat mill-awtoritajiet tas-saħħa Ċiniżi li hu infettat fil-pesta bubonika. Ir-raġel jinsab f’kundizzjoni stabbli hekk kif qiegħed jingħata t-trattament fi sptar. 

Il-Kummissjoni tas-saħħa ħarġet ukoll allarm fl-inqas livell fejn wissiet lin-nies kontra l-kaċċa, it-trasport jew inkella li jieklu annimali li jistgħu jkunu infettati, u li jirrapportaw kwalunkwe annimali mejtin, fosthom ġrieden. 

Il-Gvern qal li qed jimplimenta miżuri kontra l-pesta u li dawn se jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar tas-sena. 

Din il-marda hi kkawżata minn batterja trażmessa mill-bergħud li huma infettati minn ġrieden. Fil-Mongolja, il-virus ħafna drabi jinxtered permezz ta’ marmotti. 

F’Novembru li għadda, uffiċjali Ċiniżi qalu li żewġ persuni mill-Mongolja nstab li għandhom pesta pneumonika, li hi fforma oħra ta’ pesta kkawżat mill-istess batterja. 

Share With: