Djibril Sidibe se jibqa’ ma’ Everton sal-aħħar ta’ dan l-istaġun

F’komunikat uffiċjali li ħareġ Everton  ħabbru li d-difensur ċentrali Franċiż, Djibril Sidibe, se jibqa’ mat-Toffees sal-aħħar ta’ dan l-istaġun. Proprjament dan il-player jinsab b’self mal-club li jilgħab f’Goodison Park minħabba li huwa proprjetá ta’ AS Monaco. 

Min-naħa tiegħu Sidibe jidher ferm kuntent ma’ Everton u ftit għandu ħsieb li jmur lura mat-team tal-Prinċipat. Anke l-coach ta’ Everton Carlo Ancelotti jaqbel ħafna mal-iskemi tattiċi ta’ Sidibe għalkemm għadu ma jafx jekk hux se jġedded iż-żmien tiegħu f’Everton.

Fil-karriera tiegħu Sidibe lagħab ukoll ma’ Troyes u Lille.

Share With: