Donald Trump jissuġġerixxi li l-elezzjoni presidenzjali li kellha ssir f’Novembru tiġi posposta

Il-President Amerikan Donald Trump issuggerixxa li l-elezzjoni presidenzjali li kellha ssir f’Novemrbu li ġej tiġi posposta. Huwa qal li dan se jkun qed isir minħabba li l-votazzjoni postali tista’ twassal għal riżultat li ma jkunx eżatt jew saħansitra frodi.

Kien għalhekk li huwa ssuġġerixxa li din il-votazzjoni tittardja sakemm il-poplu jkun jista’ jivvota b’mod sikur.

Ftit li xejn hemm evidenza li ssotni dak li qed jgħid Trump, iżda din mhix l-ewwel darba li hu wera inċertezza fil-votazzjoni suġġerita mill-istati fil-pajjiż.

Share With: