Douglas Costa barra mill-azzjoni għal Juventus

Iċ-champions Taljani Juventus ikkonfermaw permezz tas-sit elettroniku tagħhom li l-winger internazzjonali Brażiljan Douglas Costa se jkun barra mil-logħob għal ġimagħtejn wara li weġġa’ koxxtu.

Il-player ta’ 29 sena lagħab biċċa mil-logħba li Juventus lagħbu għand Udinese u tilfu bl-iskor ta’ 2-1.

Matul il-Ġimgħa filgħodu, Douglas Costa wettaq xi testijiet mediċi għand it-tobba tal-club u rriżultat li strapazza koxxtu l-leminija.

B’hekk l-ex player ta’ Bayern Munich se jitlef il-kumplament tal-istaġun minħabba li jrid jibqa’ barra madwar 15-il ġurnata.

Il-coach ta’ Juventus Maurizio Sarri qed jittama li l-player ikun għad-dispożizzjoni tiegħu għat-tieni leg tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League kontra Olympique Lyon li se tintlagħab fil-bidu tax-xahar id-dieħel.

Matul dan l-istaġun Douglas Costa lagħab 23 partita u skorja gowl wieħed biss.

Share With: