Duvan Zapata minflok Gonzalo Higuain?

Hekk kif l-attakkant veteran Arġentin, Gonzalo Higuain, mistenni jħalli lil Juventus fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, dawn tal-aħħar qed jirsistu fuq sostitut denju li jista’ jieħu postu fl-attakk.

L-għażla waqgħet fuq l-iskorer prolifiku Kolombjan, Duvan Zapata, li bħalissa qed jilgħab ma’ Atalanta. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u qed jiskorja goals importanti għal Bergamaschi.

Il-coach ta’ Juventus, Maurizio Sarri, informa lid-diriġenti tiegħu li Zapata huwa l-player ideali fid-dipartiment offensiv u insista li jkun inkluż fl-iskwadra futura tiegħu.

Zapata skorja 11-il goal fi 15-il partita filwaqt li kellu esperjenzi wkoll ma’ Napoli, Udinese u Sampdoria.

Share With: