Ebda riskju ta’ mard trasmess mill-papri għall-bniedem

Id-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji fi ħdan il-Ministeru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ħa azzjoni dwar it-tjur li nstabu pożittivi għas-sottotip H6 tal-Influwenza A (H6Nx) fir-Riserva Naturali tas-Salina. 

Huwa spjega li l-evidenza epidemjoloġika turi li m’hemm l-ebda riskju magħruf ta’ mard fil-bnedmin minn esponiment għall-annimali infettati b’din it-tip ta’ influwenza.

Madanakollu dan il-virus jista’ jiġi trażmess lil għasafar oħra u lil tjur domestiċi u għalhekk biex tissalvagwardja l-biedja lokali, speċjalment it-tjur u l-għasafar selvaġġi, id-Direttorat qed jirriloka l-għasafar tal-ilma salvaġġ mir-Riserva Naturali tas-Salini biex jinżammu taħt il-monitoraġġ dirett tad-Direttorat għal aktar studji epidemjoloġiċi. 

Id-Direttorat sostna li huwa importanti li ħadd ma jiġbor jew iċaqlaq dawn l-għasafar lejn siti oħra mingħajr l-approvazzjoni meħtieġa minnu ħalli l-virus ma jinxteridx għal annimali oħra.

Share With: