Eluf jinġabru biex jassistu għall-għeluq tal-konsulat Amerikan f’Chengdu

Eluf ta’ persuni nġabru barra l-konsulat Amerikan f’Chengdu llum hekk kif ħaddiema bdew jiġbru l-affarijiet mill-uffiċini tagħhom u jippreparaw biex jitilqu mill-binja. Dan wara li Beijing odna l-għeluq tal-konsulat Amerikan fil-belt.

Fost preżenza massiċċa ta’ pulizija u uffiċjali tas-sigurtà, tliet trakkijiet u xarabank dehru jidħlu u joħorġu mill-konsulat, filwaqt li numru ta’ ħaddiema dehru ħerġin mill-binja jġorru numru ta’ affarijiet f’idejhom, fosthom kaxxi b’dokumenti.

Intant ħaddiema Ċiniżi saħansitra dehru jneħħu l-emblema Amerikana li kienet imwaħħla ma’ ħajt barra l-konsulat.

Il-Gvern Ċiniż ordna l-għeluq tal-konsulat wara li Washington ordna li jingħalaq il-konsulat Ċiniż fi Houston, aktar kmieni din il-ġimgħa.

Share With: