Emerson Palmieri dejjem aktar ‘il bogħod minn Chelsea

Il-winger ta’ Chelsea, Emerson Palmieri, tħalla barra mill-iskwadra tal-Blues għat-tielet logħba konsekuttiva biex kellu jerġa’ jpoġġi qalb l-ispettaturi. 

L-ex player ta’ Roma ma ħax sehem fl-aħħar tliet partiti kontra West Ham United, Watford City u Crystal Palace, bil-coach Frank Lampard iddeċieda li ma jsejjaħlux.

Dan kollu juri li l-futur ta’ Palmieri jinsab ferm ‘il bogħod minn Stamford Bridge, bil-player  jixtieq jirritorna jilgħab fis-Serie A Taljan. Il-player ta’ 25 sena qed jissemma’ ħafna li jista’ jingħaqad ma’ Inter. Huwa jilgħab bħala difensur xellugi u ilu ma’ Chelsea sa mis-sena 2018 fejn lagħab 29 darba għalihom.

Palmieri lagħab kemm mat-team nazzjonali Brażiljan kif ukoll ma’ dak Taljan minħabba li għandu ċittadinanza doppja. Huwa iżda aċċetta li jiġi magħżul mill-coach tat-team nazzjonali Taljan, Roberto Mancini.

Share With: