Emerson Palmieri ma’ Inter?

Hekk kif id-direttur sportiv ta’ Inter, Giuseppe Marotta, kien qed jiddiskuti dwar it-tiġdid fis-self tal-player Victor Moises mal-kollega ta’ Chelsea, il-kliem waqa’ fuq Emerson Palmieri li jinsab irreġistrat mal-Blues iżda jinsab ħerqan li jirritorna jilgħab fis-Serie A Taljana.

Il-coach ta’ Inter, Antonio Conte, jixtieq ħafna lil dan il-player minħabba li joqgħod sew fit-tattika tiegħu għalkemm iridu jaraw x’se tkun it-talba tal-Pensioners f’dan ir-rigward.

Il-club minn Londra qed iħares lejn il-possibbiltá li jbiegħ lil dan il-player għal kollox għalkemm in-Nerazzurri qed jaħsbu fuq self sabiex eventwalment fl-istaġun li ġej ikunu jistgħu jixtruh.

Sadanittant anke Juventus qed iħarsu b’interess lejn il-progress ta’ dan il-player u se jippruvaw jiffirmawh qabel ir-rival, Inter. Sadanittant jekk Palmieri ma jasalx, hemm imsemmi wkoll Marcos Alonso li wkoll huwa reġistrat ma’ Chelsea u li wkoll jista’ jħalli Stamford Bridge. Conte jaf sew lil Alonso minħabba li kien jikkowċjah fil-passat meta kien ma’ Chelsea.

Share With: