Emilio Alvarez iwarrab minn coach tal-goalkeepers ta’ Man Utd

L-ex coach tal-goalkeepers ta’ Manchester United, Emilio Alvarez, żvela li telaq lill-club minħabba xi differenzi li kellu mal-goalkeeper attwali David De Gea. Dan tal-aħħar kien ġedded il-kuntratt tiegħu mar-Red Devils sa Ġunju 2023 u din il-ħaġa ma tantx niżlet lil Alvarez li ftit tal-ġranet wara telaq ir-rwol li kellu. Huwa ċaħad li kien il-club li keċċieh iżda li hu telaq minn jeddu.

L-ex coach ta’ 48 sena ammetta li ma kienx jaqbel mal-attitudni ta’ De Gea u kien aħjar għalih li warrab bil-kwiet.

Ironikament Alvarez kien il-coach tal-goalkeepers ta’ De Gea meta kien jifforma parti minn Atletico Madrid. 

Share With: