Emma Lipman issegwi l-passi ta’ Rachel Cuschieri u tingħaqad ma’ Lazio

Id-difensur internazzjonali Maltija, Emma Lipman, se tkun qed issegwi l-passi ta’ Rachel Cuschieri hekk kif se tingħaqad ma’ Lazio, fl-Italja.

Dan se jkun ir-raba’ club li Lipman se tkun qed tilgħab miegħu wara li fl-istaġun li għadda lagħbet fir-reġjun tat-Toscana ma’ Florentia waqt li qabel lagħbet ukoll ma’ Hellas Verona u AS Roma.

Matul l-istaġun li għadda, Lipman kellha staġun mill-aqwa ma’ Florentia qabel il-kampjonat kellu jintemm ħesrem minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Il-club kien jinsab fil-ħames post tas-Serie A b’24 punt u kien viċin li jikseb post mal-aħħar erbgħa fil-Coppa Italia wara li fl-ewwel leg tal-kwarti-finali kienu għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta’ 2-1.

Għalkemm Lipman hija mwielda fl-Ingilterra, hija eliġibbli li tilgħab għal Malta u fil-fatt hija diġá lagħbet ħames partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tan-Nisa tal-2022, fosthom logħbiet home u away kontra l-Italja.

Share With: