Enemed Cup – L-ewwel u t-tielet sessjoni determinanti għal Sliema

Ritratt: Dominic Borg

Exiles…………………………………………….. 4

Sliema…………………………………………… 9

(0-3, 2-2, 1-3, 1-1)

Sliema għelbu l-isfida ta’ Exiles bl-iskor ta’ 9-4. L-ew­wel sessjoni kienet determinanti biex wittiet it-triq għal din rebħa meta huma skorjaw tliet darbiet permezz ta’ Jamie Gambin, Michael Spiteri Staines u John Brownrigg.

Fit-tieni sessjoni Exiles wet­tqu reazzjoni iżda ma kinetx biżżejjed biex huma jnaqqsu l-marġni tal-iskor hekk kif spiċċat fi draw ta’ 2-2.

Mark Fenech u l-captain Timmy Sullivan skorjaw għalihom iżda doppjetta ta’ Zach Mizzi żammet it-tliet goals vantaġġ għas-Slimiżi.

It-tielet sessjoni kienet id-daqqa mortali għal Exiles minħabba li Sliema rebħuha bl-iskor ta’ 3-1 biex il-vantaġġ kiber għal 8-3.

Michael Spiteri Staines, Jerome Gabarretta u John Brownrigg, skorjaw għall-Blues filwaqt li Nicky Paris irreċiproka għal Exi­les.

Kienet ferm diffiċli biex dawn tal-aħħar jirkupraw l-iżvantaġġ ta’ ħames goals fl-aħħar sessjoni …. li ntemmet fi draw ta’ 1-1 biex Sliema qatgħu l-passaġġ għall-finali bl-iskor ta’ 9-4.

Aurelien Cousin sab ix-xibka għal Exiles filwaqt li Nicholas Bugelli wieġeb għal Sliema li dehru komdi jamministraw l-andament aħħari.

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Jake Bajada, 3-Andrew Magri, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan (1), 6-Sean Xerri de Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti, 9-Nicky Paris (1), 10-Aurelien Cousin (1), 11-Simon Apap, 12-Isaac Schembri – Coach: Igor Vukanovic

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (1), 3-Liam Galea, 4-Jacob Sciberras, 5-Mark Meli, 6-Benji Cachia, 7-Michael Spiteri Stai­nes (2), 8-Niall Saliba, 9-John Brownrigg (2), 10-Jamie Gambin (1), 11-Zach Mizzi (2), 12-Nicholas Bugelli (1), 13- André Theuma – Coach: Sergio Afric

Referees: Mario Dalli, Peter Balzan

Share With: