Enemed Cup – San Ġiljan itemmu l-ewwel fażi fl-ewwel post b’rebħa fuq Neptunes

ritrattti:Christine Borg

NEPTUNES ……………………… 7

SAN ĠILJAN …………………… 13

(2-1, 2-6, 2-3, 1-3)

F’partita li ntlagħbet quddiem attendenza sabiħa, San Ġiljan għelbu lill-ġirien Neptunes bl-iskor ta’ 13-7 biex b’hekk rebħu d-derby tal-Balluta u temmew l-ewwel fażi tal-Enemed Cup fl-ewwel post b’punti massimi, jiġifieri bi 12-il punt.

Issa fis-semi-finali ta’ nhar il-Ġimgħa se jkunu qed jiltaqgħu kontra Sirens li huma mmexxija mill-ex coach tagħhom Marko Orlovic.

Wara li tilfu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, il-Ġiljaniżi wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħu t-tliet sessjonijiet l-oħra bl-iskors rispettivi ta’ 6-2, 3-2 u 3-1. L-aqwa skorers għal San Ġiljan kienu l-captain Matthew Zammit u Dino Zammit li rreġistraw hat-trick personali kull wieħed.

Dan filwaqt li l-captain ta’ Neptunes Stevie Camilleri kien l-aqwa skorer għalihom meta kiseb doppjetta personali, b’dawn tal-aħħar iħossu ferm in-nuqqas ta’ ħuh Jordan li għadu qed jirkupra minn injury fi spalltu.

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat, 3-Luke Calleja, 4-Gabriel Pace (1), 5-Sebastian Busuttil, 6-James Spiteri Staines (1), 7-Stevie Camilleri (2), 8-J. Farrugia, 9-Jeremy Abela (1), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Mark Castillo, 12-Sebi Stellini, 13-Benji Busuttil, 14-Sam Gialanze, 15-Alec Fenech (1) Coach: Zoran Popovic

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Keith Tanti, 3-Andreas Galea (1), 4-Ben Grech, 5-Mark Mannino (1), 6-Matthew Zammit (3), 7-Ben Plumpton (1), 8-Jake Bonavia (1), 9-Zack Micallef, 10-Darren Zammit (2), 11-Paul Fava, 12-Dino Zammit (3), 13-Gabriel Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (1), 15-Kurt Magri Coach: Dorian Pisani

Referees: Mario Dalli, Ronnie Spiteri

Sliema wisq b’saħħithom għal Marsaskala

SLIEMA …………………….. 20

MARSASKALA…………….. 4

(7-1, 4-1, 4-0, 5-2)

Fil-partita li mmarkat ir-ritorn tat-tielet edizzjoni tal-Enemed Cup, Sliema kienu wisq b’saħħithom għal Marsaskala hekk kif rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 20-4 f’partita li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem.

Is-Slimiżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu tal-partita meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 7-1, bil-goals għalihom jaslu minn Nicholas Bugelli, Mark Meli, John Brownrigg, Michael Spiteri Staines (2) u Jacob Sciberras (2). Min-naħa l-oħra l-uniku goal għall-Iskalin wasal minn Jean Claude Cutajar.

Sliema komplew jiddominaw u trijinfaw fit-tieni sessjoni b’punteġġ ta’ 4-1 bl-iskorers għalihom ikunu Michael Spiteri Staines, John Brownrigg, Jerome Gabaretta u Benji Cachia. Max Aquilina skorja l-goal waħdieni għat-team min-Nofsinhar ta’ Malta.

Fit-tielet sessjoni, is-Slimiżi skorjaw erbgħa mingħajr risposta b’Jerome Gabaretta (2), Mark Meli u Benji Cachia jniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers għalihom.

Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni kienet biss formalitá bi Sliema joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-2, fejn irnexxiehom isibu x-xibka għalihom Mark Meli, Nicholas Bugelli, John Brownrigg, Zach Mizzi u Jacob Sciberras. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ goals għall-Iskalin waslu minn Jan Culic u Ayrton Camenzuli.

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (3), 3-Liam Galea, 4-Jacob Sciberras (3), 5-Mark Meli (3), 6-Benji Cachia (2), 7-Michael Spiteri Staines (3), 8-Niall Saliba, 9-John Brownrigg (3), 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi (1), 12-Nicholas Bugelli (2), 13-André Theuma Coach: Sergio Afric

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Ayrton Camenzuli (1), 4-Dalton Camilleri, 5-Max Aquilina (1), 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara, 9-Nathaniel Gatt, 10-Jan Culic (1), 11-Reinhard Attard, 12-Jan Erdogan, 13-Aiden Muscat Coach: Arpad Babay

Referees: Ronnie Spiteri, Alex de Raffaele

Exiles jaħsdu lil Sirens

SIRENS…….……………5

EXILES……………………6

(1-2, 0-3, 3-0, 1-1)

F’partita ferm bilanċjata, Exiles ħasdu lil Sirens meta għelbuhom bl-iskor ta’ 6-5, biex b’hekk temmew fit-tieni post tal-ewwel fażi tal-Enemed Cup.

Exiles rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 biż-żewġ goals jaslu minn Aurelien Cousin u Kurt Griscti, b’Gabriel Melillo jġib id-draw momentarju għal Sirens.

Fit-tieni sessjoni Exiles skorjaw tlieta mingħajr risposta b’Nicky Paris (2) u l-captain Timmy Sullivan jirnexxiehom isibu x-xibka għalihom.

Sirens wettqu reazzjoni mill-aqwa fit-tielet sessjoni u rebħuha bl-istess skor li Exiles ittrijonfaw fit-tieni sessjoni, jiġifieri ta’ 3-0. Il-goals għat-team minn San Pawl il-Baħar waslu minn Ken Erdogan u Jake Ciantar (2).

Fir-raba’ u l-aħħar sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 1-1, b’Matthias Azzopardi jiskorja għal Sirens waqt li Mark Fenech wieġeb għal Exiles.

Sirens: 1-Gianni Galea Curmi, 2-Jake Ciantar (2), 3-Ken Erdogan (1), 4-Gabriel Melillo (1), 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Ganni Farrugia, 7-Lucas Falzon, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Gabriel Sammut, 11-Matthias Azzopardi (1), 12-Matthew Sciberras, 13-Mikhael Cutajar Coach: Marko Orlovic

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Jake Bajada, 3-Andrew Magri, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan (1), 6-Sean Xerri de Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti (1), 9-Nicky Paris (2), 10-Aurelien Cousin (1), 11-Simon Apap, 12-Max Martin, 13-Isaac Schembri Coach: Igor Vukanovic

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa

Play-offs – Semi-finali: San Ġiljan v Sirens 6.15pm, Exiles v Sliema 7.30pm

Il-Ħadd: 3/4 post 6.00pm, Finali 7.15pm

Share With: