Ezequiel Garay b’futur Taljan?

Il-futur tad-difensur internazzjonali Arġentin, Ezequiel Garay, se jkun fl-Italja. Fil-fatt kemm Inter kif ukoll Roma qed iħarsu b’ċertu interess lejn dan il-player li bħalissa jinsab bla club. 

Iżda ż-żewġ clubs Taljani jridu joqogħdu attenti għall-konkorrenza ta’ Benfica li wkoll jixtiequ s-servizzi tiegħu.

Garay, li għandu 33 sena, l-aħħar li lagħab kien ma’ Valencia għalkemm fil-passat kien libes il-flokkijiet ta’ Racing Santander, Real Madrid, Benfica u Zenit St Petersburg.

Garay lagħab ukoll 32 logħba mat-team nazzjonali Arġentin għalkemm issa ilu xi ftit ma jissejjaħ mill-coach, Lionel Scaloni.

Share With: