Fabio Cannavaro jibda b’rebħa fiċ-Ċina

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda kompla l-kampjonat Ċiniż fejn Guangzhou Evergrande immexxija minn Fabio Cannavaro bdew b’suċċess ta’ 2-0 fuq Shanghai Shenua ta’ Stephan El Sharaawy.

Mill-banda l-oħra t-team immexxi minn Roberto Donadoni, jiġifieri, Shenzen għeleb lil Guangzhou R & F 3-0.

Fl-istess waqt Marouane Fellaini, li sar l-ewwel player mill-Premier League Ċiniż li kien instab pożittiv għall-Covid-19, skorja hat-trick fir-rebħa ta’ 3-2 li l-club tiegħu Shandong Luneng kellu fuq Dalian Pro ta’ Rafa Benitez u Marek Hamsik.

F’din il-partita, l-attakkant Taljan ta’ Shandong Graziano Pelle ma ġiex inkluż fl-ewwel 11 tal-coach Li Xiaopeng.

Share With: