Fabio Liverani – L-Istadia għandhom jiftħu għall-pubbliku

Il-coach ta’ Lecce, Fabio Liverani, f’waħda mill-konferenzi tal-aħbarijiet li ta matul din il-ġimgħa semma’ l-bżonn li l-istadiums Taljani jerġgħu jiftħu għall-pubbliku biex verament jingħata sinjal li l-ħajja fil-pajji qed tirritorna għan-normal bil-mod il-mod.

Liverani sostna li wara l-aħħar informazzjoni li ħarġet mid-dipartiment tas-saħħa Taljan, il-livell ta’ nies infettati bil-Coronavirus naqas ħafna u dan kollu huwa aħbar tajba għal min kien xettiku f’dawn l-aħħar xhur.

Liverani qal li l-pubbliku dilettant tal-football Taljan qed jistenna bil-ħerqa sabiex l-ispetatturi jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jidħlu, naturalment bil-prewkażjonijiet kollha meħtieġa.

Is-Serie A Taljana tispiċċa fil-bidu tax-xahar id-dieħel … bl-istaġun il-ġdid jingħata bidu fix-xahar ta’ Settembru.

Share With: