Fenerbache jiktbu għal Mesut Ozil

Il-midfielder offensiv Ġermaniż, Mesut Ozil, jinsab ferm ‘il bogħod milli jkompli l-karriera tiegħu ma’ Arsenal. Huwa għalhekk li f’dan l-isfond tfaċċa l-club li jilgħab fis-Super Liga Torka Fenerbache li kitbu uffiċjalment lil Gunners sabiex jakkwistaw is-servizzi tiegħu.

Min-naħa tiegħu Ozil huwa lest li jagħmel din il-mossa għalkemm il-kuntratt tiegħu fl-Emirates Stadium jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla.

Ozil ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2014 meta ngħaqad magħhom mingħand Real Madrid. B’kollox huwa lagħab 184 partita u skorja 33 gowl. Fil-passat huwa lagħab ukoll ma’ Schalke 04 u Werder Bremen.

Share With: