Ferran Torres viċin Manchester City

Il-winger ta’ Valencia, Ferran Torres, permezz tal-aġent tiegħu laħaq ftehim verbali sabiex is-sena d-dieħla jilbes il-flokk ċelesti ta’ Manchester City. Id-dettalji bejn iż-żewġ partijiet seħħew nhar il-Ġimgħa bil-player ta’ 20 sena ferm eċċitat għal din l-avventura tiegħu li mistennija tibda dalwaqt.

Torres jiskadilu l-kuntratt ma’ Valencia f’Ġunju tas-sena d-dieħla u għandu klawsola ta’ €100 miljun fil-kuntratt. Madankollu l-coach tas-Citizens, Pep Guardiola, jinsab ottimist li jinstab xi forma ta’ ftehim.  

Sadanittant Torres irrifjuta offerta mill-president ta’ Valencia sabiex iġedded il-kuntratt, xhieda li l-avventura Spanjola qed dejjem tmur tispiċċa.

Share With: