“Fil-futur qarib se jsir insapportabbli li taħdem fis-sajf”

Miljuni ta’ persuni madwar id-dinja fil-futur qarib jistgħu jkunu qegħdin jiġu esposti għal sħana ta’ livelli perikolużi tant li tista’ tikkawża stress li jwassal biex għadd ta’ organi vitali jieqfu jiffunzjonaw.

Ħafna persuni li jgħixu f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jagħmlu xogħlijiet fix-xemx; bħall-kostruzzjoni u biedja, qed jiġu esposti għal sħana li l-futur tista’ ssir insapportabbli u ta’ ħsara kbira għall-umani.

Kawża tat-tisħin globali tad-dinja l-esperti qalu li hemm possibbiltà li s-sjuf isiru sħan wisq għall-umani biex jaħdmu fihom. Is-sħana f’dawn il-pajjiżi tista’ tagħmel ħsara anke lil dawk il-persuni li jaħdmu ġewwa – bħat-tobba hekk kif l-maġġoranza tal-isptarijiet f’dawn il-pajjiżi mhumiex mgħammra b’sistemi ta’ ajra kundizzjonata.

Share With: