Filip Kostic bejn Serie A u Premier League?

Id-direttur sportiv ta’ Eintracht Frankfurt Fredi Bobic ammetta li l-winger Filip Kostic jista’ jħalli lil dan it-tim li jilgħab fil-Bundesliga Ġermaniża. Dan tal-aħħar qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Inter għalkemm hemm ukoll xi timijiet li ma ssemmewx mill-Premier League Ingliż li wkoll qed ifittxu li jakkwistaw il-firma tiegħu.

Il-player ta’ 27 sena kellu staġun mill-aqwa mat-tim mill-belt ta’ Frankfurt fejn skorja erba’ gowls u wettaq 11-il assist.

Bobic qal li Kostic jinsab kuntent ma’ Eintracht Frankfurt għalkemm il-futur ħadd ma jafu speċjalment jekk xi tim rinomat jiġi b’xi offerta interessanti.

Share With: