Films taċ-Ċinema posposti minħabba l-COVID-19… swali juru films “antiki”

Il-pandemija tal-Coronavirus kellha effett ħażin ħafna fuq l-industrija tal-films, fejn diversi swali taċ-ċinema qegħdin jagħmlu telf kbir ta’ flus u allura diversi films ġew imwaqqfa mill-produzzjoni. Għalhekk huma ħafna l-ħaddiema tas-settur li spiċċaw bla xogħol. 

Minħabba f’hekk, ittieħdu bosta deċiżjonijiet li films kbar li kellna narawhom fiċ-ċinema matul dawn iż-żminijiet jiġu posposti għal aktar tard. Fosthom, kien hemm l-aħħar film ta’ James Bond, No Time to Die li ġie pospost għall-aħħar tas-sena. Films oħra, bħall-ħidma mill-ġdid tal-film Mulan se jaslu sal-aħħar ta’ Lulju u fil-fatt anke lokalment qed jiġi rreklamat. 

Minħabba din is-sitwazzjoni li nħolqot, kienu bosta l-istudjos li kellhom jaħdmu b’modi differenti u ħarġu l-films fuq pjattaformi b’kirjiet. Fosthom, kien hemm Trolls World Tour li qed jinwtera fuq dawn il-pjattaformi u diġà għamel qligħ ta’ €91.9 miljun fi tliet ġimgħat. 

Jidher li minkejja li r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 bdew jitneħħew, xorta qiegħda tkun diffiċli għan-nies biex imorru jaraw film fiċ-ċinema, meta hu aktar faċli li jarawh fil-kumdità u fis-sigurtà ta’ darhom. Fil-fatt, dan ġie rrapportat madwar id-dinja kollha, fejn in-nies xorta żammew lura milli jmorru ċ-ċinema, minkejja li huma ffissati biex jaraw il-films ġodda. 

Għaldaqstant, il-maġġoranza tal-produtturi tal-films għażlu li jieqfu jiġbdu films ġodda, peress li l-ispejjeż huma kbar u l-flus lura mhux qed jaslu mingħand dawk li jmorru ċ-ċinema. 

Lokalment stajna naraw kif swali taċ-ċinema ewlenin imlew il-vojt li seta’ kien permezz ta’ films oħrajn li diġà dehru ftit taż-żmien ilu. 

Share With: