Fiorentina xorta għadhom interessati f’Alessandro Florenzi

Fiorentina għadhom interessati fl-akkwist tal-player ta’ nofs il-ground ta’ AS Roma, Alessandro Florenzi. Huwa ftit jidher li se jibqa’ mal-Giallorossi matul l-istaġun li ġej u għalhekk informa lir-rappreżentant tiegħu biex jirsistilu għall-club ġdid.

Anke Atalanta qed ifittxu l-firma ta’ dan il-player ta’ 29 sena li minn dejjem kien jilgħab mat-team mill-belt kapitali Taljana.

B’hekk il-Viola qed jaħsbu għal offerta attraenti biex jiksbu l-firma ta’ dan il-player li bħalissa jinsab b’self fi Spanja ma’ Valencia CF.

Florenzi lagħab ukoll 35 partita mat-team nazzjonali Taljan u skorja żewġ goals.

Share With: