Flimkien għal Ambjent Aħjar turi t-tħassib tagħha dwar żvilupp kbir f’żona UCA f’San Ġiljan

L-NGO ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar saħqet li żvilupp massiċċ se jkun qed iħalli impatt negattiv fit-toroq dojoq ta’ San Ġiljan li jifformaw parti minn Żona ta’ Konservazzjoni Urbana.

L-NGO qalet li l-iżvilupp jikkonċerna sit li jinsab bejn Triq St Elias u Triq Telgħet Birkirkara, fejn mistennijin li jinbew 57 appartament, ħweient u uffiċini.

Fost it-tħassib dwar l-iżvilupp hemm iż-żieda kbira fl-ammont ta’ traffiku f’żona li ma tistax tlaħħaq mal-volum tat-traffiku attwali. Dan apparti ż-żieda ta’ storbju, bl-iżvilupp se jwssal biex jimmina l-kwalitża tal-ħajja u s-saħħa tar-residenti.

F’konferenza tal-aħbarijiet li żvolġiet aktar kmieni llum, is-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg ukoll saħaq li huwa kuntrarju għal aktar kummerċjalizzazzjoni ta’ San Ġiljan a skapitu ta’ ħajjet ir-residenti.

Huwa ħeġġeġ lir-residenti biex jattendu laqgħa dwar l-applikazzjoni għall-iżvilupp fl-AWtorità tal-Ippjanar, liema laqgħa se tkun qed tiżvolġi nhar l-Erbgħa li ġej.

Share With: