“F’Malta ma kellniex mewt ta’ anzjani bil-Covid-19 fid-djar tal-anzjani” – il-Ministru Michael Falzon

Il-Ministru għall-Familja, Michael Falzon iddikjara fil-Parlament li f’Malta ma kellniex mewt waħda ta’ anzjani mill-COVID-19 fid-djar tal-anzjani.

Il-Ministru Falzon żied jgħid li “l-għajnuna mill-pakkett ta’ €2 miljun, li se tkun allokata l-ġimgħa d-dieħla, se naraw li tingħata lil kulħadd.”

F’pajjiżna b’kollox kien hemm disa’ persuni li mietukaġun tal-coronavirus. Intant għad baqa’ 15-il każ attiv ta’ persuni infettati bil-virus, b’647 persuna jirkupraw mill-Covid-19.

Share With: