Football tan-Nisa: Rachel Cuschieri se tingħaqad ma’ Lazio

Il-player internazzjonali Maltija, Rachel Cuschieri, se tingħaqad b’mod uffiċjali ma’ Lazio fl-Italja fejn se tiffirma kuntratt ta’ sentejn fix-xahar id-dieħel.

Hija se tkun qed tagħmel dan wara li ilha għal diversi snin tilgħab barra minn xtutna fosthom ma’ Anderlecht fil-Belġju, Apollon Limassol f’Ċipru u PSV Eindhoven fl-Olanda.

Dan wara li f’pajjiżna għamlet diversi snin tilgħab ma’ Birkirkara. Hija lagħbet ukoll diversi partiti fil-UEFA Champions League tan-Nisa waqt li għamlet id-debutt tagħha mat-team nazzjonali Malti meta kien għad kellha biss 14-il sena.

Share With: