Formula 1: Sebastian Vettel l-aktar veloċi fil-provi liberi tal-Ungerija

Is-sewwieq tal-Ferrari, il-Ġermaniż Sebastian Vettel, kien l-aktar veloċi fil-provi liberi tal-Grand Prix tal-Ungerija, f’kundizzjonijiet xejn tajbin minħabba x-xita kontinwa li niżlet.

Huwa għeleb lill-Finlandiż tal-Mercedes, Valtteri Bottas, b’0.272 sekondi filwaqt li ċ-champion renjanti, il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes), ma rreġistra l-ebda ħin.

L-Ispanjol Carlos Sainz (McLaren) kien it-tielet bl-aħjar ħin quddiem il-Messikan Sergio Perez (Racing Points).

Is-Sibt isiru l-provi uffiċjali.

Share With: