Franco Debono jgħid li l-ballun f’saqajn il-President

Wara r-reazzjoni tal-Membri Parlamentari Godfrey u Marlene Farrugia għall-vot ta’ sfiduċja fil-kap tal-opożizzjoni, ma naqasx milli jikkummenta l-eks deputat Nazzjonalista Franco Debono.

Debono qal li l-vot wera li l-maġġoranza huma kontra li Delia jibqa’ kap u li b’hekk issa l-ballun jinsab f’saqajn il-President. Huwa qal li Godfrey u Marlene kienu żbaljati meta qalu li għandhom ikunu d-deputati Nazzjonalisti li jmorru għand il-President għax skont il-liġi huwa l-istess President li għandu l-obbligu u d-dover li jmur għandhom.

Debono qal ukoll li l-President għandu dover ineħħi lil Kap tal-Oppożizzjoni u jaħtar lil xi ħadd ieħor, iżda l-kap tal-partit għandu dritt jibqa’ u kulħadd għandu jirrispetta d-deċiżjoni tiegħu.

Share With: