Franco Debono jieħu gost li Gonzi qed jirrikonoxxi l-iżball ta’ kif kien mexa ma’ ċerti deputati

B’reazzjoni għall-kummenti tal-eks-Kap Nazzjonalista, Lawrence Gonzi fejn talab li d-deputati ribelli m’għandhomx jiġu kkastigati, l-avukat Franco Debono rreaġixxa u qal li issa Gonzi qed jirrikonoxxi li kien żball dak li għamel hu ma’ ċerti deputati.

F’kummenti fuq il-midja soċjali, Debono qal li l-istint tiegħu jgħidlu biex iwieġeb lil Gonzi u jgħidlu li hu mhux hekk għamel, anzi bil-maqlub. Madankollu, qal li s-sens ta’ maturità u r-rispett li ra minn eluf ta’ Nazzjonalisti jwasslu biex iwieġeb mod ieħor.

Għalhekk jgħid li ladarba Gonzi qed jirrikonoxxi li dak kien żball fil-mod kif mexa ma’ ċerta deputati, hu jaqbel miegħu li kien żball u allura li m’għandux jerġa’ jiġi ripetut ma’ dawn id-deputati. 

Share With: