Frank Lampard interessat fis-servizzi ta’ Jan Oblak

Il-coach ta’ Chelsea, Frank Lampard, għadu mhux konvint mill-wirjiet li qed jipproduċi l-goalkeeper Spanjol, Kepa Arrizabalaga. Dan tal-aħħar xejn m’hu jikkonvinċi u xi wħud mill-goals li sofrew il-Blues matul dan l-istaġun waslu minħabba l-inkonsistenza tiegħu. 

Huwa għalhekk li Lampard qed jittama li d-diriġenti tal-club jaslu biex jakkwistaw lill-goalkeeper ta’ Atletico Madrid, Jan Oblak, li għall-coach tal-Blues jidher li hu ideali għall-pjani tattiċi tiegħu għall-istaġun li ġej. 

Eventwalment Kepa jrid jiġi akkwistat minn xi team fejn għalkemm Sevilla urew interess fih, hemm is-salarju tiegħu li hu wieħed ferm għoli. Fil-fatt hu jaqla’ £170,000 fil-ġimgħa li għall-club Spanjol huwa salarju eċċessiv. 

Share With: