Frank Lampard iwiegħed aktar impenn

Il-coach ta’ Chelsea, Frank Lampard, ma ċaħadx li l-club minn Londra għandu l-pjani li jonfoq somma kbira ta’ flus fuq players ta’ kalibru fit-tentattiv li jsaħħu l-iskwadra tagħhom. Hekk kif għadhom jissemmew b’insistenza Kai Havertz u Jan Oblak, il-Blues akkwistaw lill-winger ta’ Ajax Amsterdam Hakim Ziyech u l-attakkant ta’ RB Leipzig Timo Werner.

Lampard qal li dan l-ewwel staġun mal-Blues kien wieħed sodisfaċenti għalkemm qal li fit-tieni staġun li se jkun qed imexxi lil dan it-team irid jara li jnaqqas id-distakk fil-livell minn ma’ Liverpool u Manchester City. Hua qal li bl-akkwist ta’ players tajbin dan kollu jista’ jseħħ u rringrazzja lis-sid tal-club Roman Abramovich li dejjem isib l-għajnuna mingħandu.

Share With: