G7 Events tħassar l-attivitajiet kollha tagħha

Wieħed mill-akbar organizzaturi ta’ parties ħabbar li se jkun qed iwaqqaf l-attivitajiet kollha li għandu ppjanati għall-ġimgħat li ġejjin. F’kumment fuq il-midja soċjali, G7 Events qalet li wara li kienet qed issegwi s-sitwazzjoni attwali “il-ħaġa tajba li għandha ssir huwa li nwaqqu l-attivitajiet kollha tagħna”.

G7 kompliet tgħid li se tkompli tanalizza s-sitwazzjoni mill-viċin u tieħu d-deċiżjonijiet tagħha ġimgħa b’ġimgħa dwar meta għandha tkompli l-attivitajiet pjanati tagħha.

Temmet tisħaq li assigurat li s-sigurtà tal-klijenti tagħha tkun il-prijorità tagħhom u osservaw ir-regolamenti kollha maħruġin mill-awtoritajiet.

Share With: