Gabriel Jesus jilħaq ir-rekord tiegħu stess

L-attakkant Brażiljan ta’ Manchester City, Gabriel Jesus, laħaq ir-rekord tiegħu stess ta’ goals skorjat matul l-istaġun li għadda meta sab ix-xibka fil-logħba mirbuħa kontra Bournemouth bl-iskor ta’ 2-1.

Matul l-istaġun li għadda, il-player ta’ 23 sena kien skorja 21 goal fi 38 partita u hekk kif fadal żewġ logħbiet għal tmiem l-istaġun tal-Premier League Ingliż, huwa jista’ jaqbeż ir-rekord tiegħu stess.

Sadanittant Jesus qed isegwi sew x’qed jingħad fis-suq tat-trasferimenti fejn Juventus qed ifittxu li jiksbu l-firma tiegħu. F’dan ir-rigward, Jesus naqas milli jikkonferma jew jiċħad dan kollu hekk kif qed jistenna aktar aħbarijiet mill-aġent tiegħu.

Gabriel Jesus ilu ma’ Manchester City sa mis-sena 2017 u skorja 40 goal f’100 partita milgħuba magħhom.

Share With: