Gareth Bale u James Rodriguez barra mill-pjani ta’ Zidane għall-istaġun li ġej

Kemm Gareth Bale kif ukoll James Rodriguez mhux se jkunu qed jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ Real Madrid għall-istaġun li ġej. Għall-coach tagħhom, Zinedine Zidane, dawn iż-żewġ pedini m’għadhomx fundamentali tant li ftit dehru wara l-waqfa sfurzata minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Fil-fatt Bale deher biss 100 minuta fi tliet partiti u dejjem daħal bħala sostitut …. filwaqt li James  beda darba biss fl-ewwel 11 u saħansitra kien sostitut.

Dawn iż-żewġ players kienu ilhom jissemmew li se jitilqu mis-Santiago Bernabeu iżda issa jidher li hemm konferma li fi ftit tal-ġimgħat ilu dan kollu se jseħħ.

Share With: