Gennaro Gattuso kuntent bil-players tiegħu

Il-coach ta’ Napoli, Gennaro Gattuso, kien qed jitkellem ftit minuti wara r-rebħa tajba ta’ 3-1 li kellhom kontra SPAL fit-28 ġurnata tas-Serie A Taljana.

Gattuso faħħar il-wirja tal-players tiegħu li dehru dixxiplinati għal ħafna minuti tal-logħba u dan tah fiduċja sħiħa li jista’ jisfida għall-post fil-UEFA Champions League. Minkejja kollox mhux se tkun missjoni faċli għall-Partenopei minħabba li huma jinsabu distakkati bi 12-il punt minn Atalanta li jinsabu jokkupaw ir-raba’ post.

L-ex coach ta’ Sion, Pisa u Milan, qal li fil-football kollox huwa possibbli u qed iħares b’ċertu ħerqa lejn il-konfront li għandhom kontra l-istess Bergamaschi nhar il-Ħamis li ġej.

Finalment Gattuso kellu kliem ta’ tifħir għal Jose Callejon li minkejja li se jitlaq lit-team fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, għażel li jibqa’ disponibbli sal-aħħar tal-kampjonat.

Share With: