Geoffrey Kondogbia bejn Fiorentina u Nice

Fiorentina u Nice qed iħarsu lejn il-progress tal-midfielder difensiv ta’ Valencia, Geoffrey Kondogbia. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u niftakruh jilgħab ma’ Inter ftit tas-snin ilu.

Jidher li l-player mic-Central African Republic ma jinsabx għal qalbu mat-team min-naħa t’isfel ta’ Spanja u jixtieq jibda avventura ġdida ma’ team ieħor. Huwa ilu ma’ Valencia sa mis-sena 2017 fejn minn dakinhar ‘l hawn lagħab 76 partita u skorja sitt goals.

Madankollu jidher li l-għan tal-player huwa li jispiċċa l-istaġun ma’ dan it-team sabiex imbagħad ikellem lir-rappreżentant tiegħu u jirsistilu għal xi club ieħor.

Fil-karriera tiegħu, Kondogbia lagħab ukoll ma’ Lens, Seville, Monaco u Inter.

Share With: