Geoffrey Kondogbia bejn Man Utd u Tottenham?

Manchester United u Tottenham Hotspur għandhom taqtiegħa ġmielha min minnhom jikseb lill-player ta’ nofs il-ground ta’ Valencia, Geoffrey Kondogbia. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u jinsab fl-aħħar ġranet mal-club min-naħa t’isfel ta’ Spanja li lesti jbiddlu lit-tim radikalment għall-istaġun li ġej.

B’hekk Kondogbia huwa wieħed mill-players li se jitlaq u jagħmel spazju għall-players ġodda.

Manchester United huma l-favoriti li jieħdu lil dan il-player għalkemm Spurs mhux se jċedu pulzier f’dan it-trasferiment.

Fil-karriera tiegħu Kondogbia lagħab ma’ Lens, Seville, Monaco u Inter. Ma’ Valencia huwa lagħab 45 partita u skorja żewġ goals.

Share With: