Gervinho viċin Benevento

Hekk kif Benevento huma uffiċjalment promossi għas-Serie A Taljana, huma diġá bdew jaħdmu sabiex isaħħu l-iskwadra u jkunu jistgħu jikkompetu mill-aħjar li jistgħu fl-ogħla diviżjoni Taljana.

Il-coach Filippo Inzaghi diġá beda jaħdem mad-diriġenti tiegħu sabiex jakkwistaw elementi siewja għall-istaġun li ġej. Wara l-akkwist ta’ lil Loic Remy, issa bdiet ħidma sabiex jieħdu lejn Stadio Ciro Vigorito lill-attakkant mill-Ivory Coast, Gervinho. Huwa għandu 33 sena u għandu wkoll esperjenza vasta fil-qasam internazzjonali u anke fil-football Taljan minħabba li ilu għal dawn l-aħħar sentejn ma’ Parma u aktar qabel ma’ Roma.

Gervinho jaf ikun pedina importanti għal Inzaghi fl-attakk li issa jrid jissaħħaħ jekk irid jimmira li jżomm postu f’kampjonat li xejn m’hu se jkun faċli.

Benevento iddominaw il-kampjonat tas-Serie B u b’hekk aċċertaw post fis-Serie A ferm qabel tmiem l-istaġun.

Share With: