“Għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa” – Il-Kummissarju tas-Saħħa

Il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman fi stqarrija maħruġa qal illi huwa jaqbel fis-sħiħ li għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa.

Il-Kummissarju jemmen li, mill-evidenza disponibbli, m’hemmx dubju li hemm bżonn li tittieħed azzjoni qabel is-sitwazzjoni ssir waħda iddisprata.

L-istqarrija tkompli li fl-aħħar xhur saru sagrifiċċji kbar mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, mill-pubbliku u min-negozji u għalhekk għandu jiġi żgurat li dak li nkiseb ma jintilifx.

L-istqarrija temmet tgħid li f’dan l-istadju hemm il-ħtieġa ta’ direzzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Share With: