Gianpaolo Pazzini se jitlaq lil Verona

L-ex attakkant internazzjonali Taljan, Giampaolo Pazzini, ħabbar li se jitlaq lil Verona fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Hu ħabbar dan kollu f’konferenza stampa li ta wara s-sessjoni ta’ taħriġ li kellu l-Erbgħa.

Pazzini qal li din kienet deċiżjoni naturali wara ħames snin ma’ Gli Scaligeri fejn skond hu kienu mimlija avventuri. Huwa qal li jinsab onorat li libes il-flokk blu u li kkontribwixxa għall-iżvilupp ta’ dan il-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja.

Pazzini radd ħajr lill-coaches kollha li mexxewh f’dawn il-ħames snin u qal li qed jikkunsidra li jirtira mil-logħba tal-football għalkemm għadu ma ħax deċiżjoni definittiva.

Pazzini lagħab 133 partita ma’ Verona filwaqt li skorja 50 goal. 

Share With: