Gonzalo Higuain jiskorja l-65 goal ma’ Juventus

Bil-goal li skorja kontra Sassuolo, l-attakkant internazzjonali Arġentin Gonzalo Higuain laħaq lill-ex midfielder offensiv ta’ Juventus, Pavel Nedved, fil-lista tal-aqwa skorers ta’ kull żmien ta’ dan il-club. L-attakkant Sudamerikan ta’ 32 sena issiġġilla l-65 goal tiegħu mal-Bianconeri sabiex b’hekk laħaq lill-viċi-president tiegħu tal-club minn Turin.

Jekk nagħtu ħarsa lejn l-aqwa skorers ta’ kull żmien ta’ Juventus, insibu lil Alessandro Del Piero li skorja 289 goal segwit minn Giampiero Boniperti b’179 goal u Roberto Bettega li jinsab fit-tielet post, goal biss warajh.

Qabel ma jispiċċa l-avventura tiegħu ma’ Juventus, Higuain għandu f’moħħu li jilħaq u forsi jaqbeż lill-iskorer prolifiku l-ieħor Fabrizio Ravanelli li skorja 68 goal.

Share With: