Grupp ta’ 63 immigrant jiddaħħlu Malta wara li d-dgħajsa li kienu fuqha tibda timtela bl-ilma

Grupp ta’ 63 immigrant salvati minn fuq id-dgħajsa li kienet fiż-Żona ta’ Tiftix u Salvataġġ se jkunu qed jiddaħħlu Malta. Dan kien ikkonfermat lilna mill-Forzi Armati ta’ Malta.

L-immigranti ġew salvati wara li lbieraħ għamlu kuntatt mal-NGO Alarm Phone. L-NGO umanitarja qalet li tentattivi min-naħa tagħha biex tavża lil awtoritajiet Taljani u Maltin dwar id-dgħajsa bl-immigranti ma wasslu għall-ebda rispons.

Żiedet tgħid li l-immigranti kienu għamlu kuntatt magħha wara li l-magna tad-dgħajsa kienet waqfet taħdem. L-immigranti reġgħu għamlu kuntatt ma’ Alarm Phone wara li d-dgħajsa bdiet timtela bl-ilma, u l-kundizzjonijiet tal-baħar bdew jiggravaw.

Share With: