“Gvern soċjalista li ma jinsa qatt liż-żgħir” – Il-PM Robert Abela

RITRATTI: ALAN SALIBA

Il-Prim Ministru beda biex jindirizza l-folla fil-Mosta billi tkellem dwar is-serenità u l-fiduċja li jiffurmaw gvern tal-kelma. Abela qal li fejn hemm ftehim, dan il-gvern kontinwament qed jaħdem biex isaħħaħ ir-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ pajjiżi oħra. Abela tkellem dwar il-ħidma mal-Libja fejn tidħol l-immigrazzjoni. Abela qal li pajjiżna rnexxielu jrażżan l-influss tal-immigranti.

Abela qal li dgħajsa wara dgħajsa ta’ kuljum ikunu ġejjin lejn pajjiżna jew lejn Lampedusa u grazzi għal din il-koperazzjoni mal-Libja trażżan l-influss. Qal li minbarra dan sibna għajnuna mingħand “sħabna l-Ewropej”. Hawnhekk huwa kjarifika li sfortunatament din mhijiex biżżejjed.

Abela tkellem dwar il-pandemija tal-Covid-19 u l-aspetti relatati. Minn aspett mediku hemm pajjiżi li għadhom ma jistgħux jirkupraw u f’pajjiżna normalità assoluta fejn in-nies jistgħu jgħixu ħajja pjaċevoli. Din il-ġimgħa tkellmet ukoll il-Kummissjoni Ewropea li qalet li pajjiżna se jkun l-uniku pajjiż li se jirkupra mill-effett tal-covid-19 sas-sena d-dieħla.

Abela qal li dan il-gvern jaħdem b’mudell fejn il-kbir jaħtfu kemm jistgħu bla ma qatt jinsew li żgħir għax dan huwa gvern li jħobb iż-żgħir, lill-batut u lill-fqir.Qal li dan il-gvern se jaħdem biex iġib l-akbar baġit għal pajjiżna anke jekk skont l-istatistika pajjiżna jidher li qed f’pożizzjoni fejn m’għandux bżonn daqs pajjiżi oħra.

Qal li waqt li l-gvern kellu l-kuraġġ jagħmel dawn il-bidliet anke fil-ħatriet tal-presidenza, ħaddieħor qiegħed jagħmel pressjoni fuq pressjoni fuq il-president biex bilfors jiddeċiedi kif iridu hu.  Qal li l-fazzjoni tal-oppożizzjoni ħadet din il-pożizzjoni u li dan huwa sqaq li huma stess daħlu fih u għalhekk iridu jkunu huma li jsolvu din il-problema li ħolqu huma stess.

“Għalina jkunx Adrian Delia, dak li kellu jkun minflok Adrian Delia u issa mhux se jkun, tkunx Comodini, ikunux kollha flimkien, aħna se nibqgħu nirbħulkom”, kompla l-PM.

Huwa temm jgħid li llum daqs qatt qabel, biex dan il-Gvern jibqa’ b’saħħtu jrid jibqa’ umli man-nies, li jibqa’ saqajh mal-art u jifhem kemm l-umità hi ikollox.

Share With: