AĠĠORNAT: Ħaddiem ta’ Skolasajf f’Ħal Luqa pożittiva għall-Covid-19

LSE li taħdem fi Skolasajf ta’ Ħal Luqa rriżultat pożittiva għall-Covid-19 wara li attendiet il-party Hotel Takeover.

Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika kkonfermat il-każ u qal li l-persuna inkwistjoni kienet setgħet ġiet f’kuntatt ma’ studenti ta’ tliet klassijiet. Madankollu l-LSE kienet deskritta bħala li ma kinitx qed turi sintomi meta kienet qed tmur Skolasajf.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu kuntatt mal-ġenituri tat-tfal li kienu fil-klassijiet biex isirulhom is-swab tests neċessarji.

Intant f’imejl mibgħuta lill-ġenituri l-awtoritajiet tas-saħħa qed jappellaw lill-ġenituri biex jirrispondu t-telefonata anke jekk din tkun qed issir b’mnod privat. Il-ġenituri jistgħu huma wkoll jagħmlu kuntatt mal-awtoritajiet tas-saħħa billi jċemplu fuq 23266105.

Share With: