Ħalbiet tax-xita f’xi lokalitajiet fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta

Wara li fl-aħħar jiem bassara tat-temp lokali bassru ħalbiet tax-xita f’xi lokalitajiet madwar il-pajjiż, aktar kmieni dalgħodu bdew jiċċirkolaw ritratti ta’ xita b’mod speċjali fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta fosthom ir-Rabat, l-Imdina, l-Imġarr u Għajn Tuffieħa.

Skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-kumplament tal-ġimgħa mistennija tkun ikkaratterizzata minn ġranet sħan u xemxin bit-temperatura tilħaq it-33 grad u tinħass 36 f’xi postijiet.

Share With: