Ħames clubs skwalifikati .. u 45 sospiżi għal għomorhom fl-Armenja

Il-Federazzjoni tal-Football Armen (FFA) issospendiet it-tieni skaluna tal-pajjiż b’effett immedjat u skwalifikat ħames timijiet wara li rċeviet “evidenza inkontestabbli” tal-involviment tagħhom fl-iffissar tal-partiti.

Madwar 45 persuna, inklużi sidien ta’ clubs, players u coaches, ingħataw sospensjonijiet għal għomorhom u 13 oħra ġew pprojbiti għal perjodi differenti minħabba li kienu nvoluti f’manipulazzjoni ta’ logħbiet, qalet l-FFA.

Il-midja lokali rrappurtat li s-sidien tal-clubs b’passaporti Russi, players u coaches Russi, kif ukoll players mill-Ukrajna, mil-Latvja u mill-Belarus, kienu fost dawk li ġew sos­piżi.

Lokomotiv Yerevan, indaqs fil-punti mal- leaders tat-Tieni Diviżjoni, FC Van, Aragats, Torpedo Yerevan u Masis, ġew skwalifikati mill-kampjonat wara riżultati suspettużi, inklużi 12-0, 0-12, 1-8, 9-2, 0-7, 0-8 u 8-2.

FC Yerevan, li kienu rtira mill-Premier Lea­gue 2019–20 fi Frar minħabba problemi finanzjarji u tekniċi, ġie skwalifikati wkoll għall-if­fissar tal-partiti.

“Id-deċiżjonijiet ittieħdu wara li l-FFA rċeviet evidenza nkontestabbli minn organizzazzjonijiet internazzjonali u aġenziji tal-infurzar tal-liġi,” qal il-president tal-FFA Armen, Melikbekyan, fi stqarrija.

“L-evidenza li rċevejna mill-kollegi internazzjonali tagħna se tiġi trasferita lill-aġenziji Armeni għall-infurzar tal-liġi.”

Melikbekyan wiegħed tmexxija trasparenti tal-FFA wara r-rebħa elettorali tiegħu f’Diċembru li għadda. Kien hemm rapporti fil-midja dwar iffissar mifrux ta’ taqbil u korruzzjoni fil-pajjiż tas-South Caucasus għal ħafna snin.

 “L-għan tagħna huwa li tinqered il-korruz­zjoni u s-sistema ta’ logħob fiss fil-football Armen,” qal Melikbekyan.

“Madankollu, dan il-proċess ma jintemmx hawn. Il-Grupp ta’ Esperti maħluq mill-FFA se jkompli jaħdem biex jidentifika l-avvenimenti avversi possibbli kollha.”

Share With: