Hans Dieter Flick – David Alaba m’hu sejjer imkien

Il-coach taċ-champions Bayern Munich, Hans Dieter Flick, sostna li d-difensur internazzjonali Awstrijak, David Alaba, se jibqa’ mal-club minkejja interess qawwi minn Inter.

Ta’ min jgħid li Alaba kien wieħed mill-iskorers għal Bayern fir-rebħa ta’ 4-2 fuq Leverkusen fil-finali tat-Tazza Ġermaniża biex irreġistraw id-double. 

L-istess Flick qal li se jagħmel dak kollu il-poter tiegħu biex iżomm milli Alaba jitlaq mill-club għall-fatt li għadu fil-pjani tiegħu.

Alaba għandu 28 sena u ilu ma’ Bayern Munich sa mis-sena 2010 fejn lagħab 249 partita u skorja 20 goal.

Share With: